Martin Azzopardi temm b’suċċess 170km bir-rota minn Pozzallo sa Ortigia u lura fejn permezz ta’ din l-attività ħeġġeġ familjari, ħbieb u anki kumpaniji jagħtu donazzjonijiet b’risq il-ħidma ta’ Caritas Malta. Bħala parti mill-kampanja li torganizza Caritas Malta tat-3rd party events, individwi, kumpaniji, jew gruppi, eċċ… javviċinaw lil Caritas b’xi attività li jkunu se jagħmlu u Martin Azzopardi mħeġġeġ minn dan …
170km bir-rota minn Pozzallo sa Ortigia b’risq Caritas Malta
Caritas Malta bħalissa għaddejja bil-kampanja ta’ 3rd party events, fejn individwi, kumpaniji, jew gruppi, eċċ… javviċinaw lil Caritas b’xi attività li jkunu se jagħmlu u b’hekk jinġabru fondi b’risq din l-entità. Dawn il-fondi jkunu ferm ta’ sostenn għall-ħidma ta’ Caritas Malta fejn minbarra s-servizzi bi djar terapewtiċi residenzjali kontra l-abbuż ta’ droga, Caritas Malta toffri servizzi psiko-soċjali miċ-ċentru fil-komunità, il-Ħamrun, …
35 Sena ta’ SFIDI U SUĊĊESSI!
Diskors ta’ merħba mid-Direttur ta’ Caritas Malta, Anthony Gatt, fl-okkażjoni tal-Gradwazzjoni mill-programm ta’ riabilitazzjoni f’San Blas – 2024 35 Sena ta’ SFIDI U SUĊĊESSI! Il-Ġimgħa l-oħra kellna quddies ta’ ringrazzjament, mal-gradwati u l-familji tagħhom. Tlabt permess nirrakkonta storja li nqassmet magħna f’din il-quddies. Missier li kellu t-tifel San Blas, ’il fuq minn sena ilu, ittajjar minn karozza viċin id-dar waqt …
Għaxar proposti għall-prevenzjoni mid-droga
Caritas Malta hija waħda mill-organizzazzjonijiet li qed tikkollabora fid-dikjarazzjoni ta’ Oviedo, li ħarġet f’Jannar 2024 L-użu tad-droga jkompli jagħti iktar sfidi kbar madwar id-dinja. F’għaxar snin l-użu ta’ sustanzi tela’ bi 23%1. Fl-istess waqt, ix-xjenza tat evidenza li parti sostanzjali tal-problemi tal-użu tad-droga huwa prevenibbli. Ir-Rapport Dinji tad-Droga tal-2023 tal-Uffiċċju tal-Istati Unti fuq Droga u Kriminalità (UNODC) iddentifika l-bżonn li …
Youths Tal-Ibwar showcase their work
Between the 1st and the 3rd of December 2023, an Open Weekend was organised at the Tal-Ibwar Adolescent Therapeutic Centre whereby members of the public were invited to tour the premises and witness firsthand the important work being carried out in the facilities. A series of hourly tours were organised for individuals who registered their attendance. In these tours, attendees were invited …
The Digital Media Hub at Caritas Tal-Ibwar
The Foundation for the Rehabilitation of Drug Addiction (Caritas Malta) is proud to showcase the launch of the Digital Media Hub at Tal-Ibwar. By means of co-financing (European Social Fund – https://eufunds.gov.mt/) , Caritas Tal-Ibwar Adolescents Therapeutic Center was able to develop and launch a fully state-of-the-art Digital Media Hub within its premises. This has complemented the already-existing educational and …
It-Tieni Edizzjoni ta’ CARITAS RUN FOR LIFE – 12 ta’ Mejju 2024 Bil-kollaborazzjoni ta’ St Patrick’s Athletic Club Jipparteċipaw 1250 peruna
Il-Ħadd 12 ta’ Mejju, minbarra ġurnata ferm speċjali fejn ġie ċċelebrat Jum l-Omm, saret b’suċċess it-tieni edizzjoni ta’ Caritas Run For Life, li issa daħlet fil-kalendarju ta’ Caritas bħala attività fiżika annwali. Din il-ġirja rat madwar 1250, fejn ħamest ijiem qabel, l-organizzaturi għalqu l-applikazzjoni minħabba li kien intlaħaq il-massimu ta’ persuni li setgħu jipparteċipaw. Fl-edizzjoni ta’ din is-sena ħadu sehem …
Wara l-ġirja ta’ 100km nhar il-Ħadd 7 ta’ April MIGUEL MIFSUD JIPPREŻENTA DONAZZJONI LIL CARITAS MALTA
Nhar il-Ħadd 7 ta’ April, Miguel Mifsud temm b’suċċess il-ġirja ta’ 100KM madwar il-kosta ta’ Malta. Il-ġirja ta’ 100km Miguel irnexxielu jagħmilha fi 11:13:08 b’pass ta’ 6.43 minuti/km. Ilbieraħ iltaqa’ mad-Direttur ta’ Caritas Malta, is-Sur Anthony Gatt, biex preżenta d-donazzjoni ta’ €6,100 li nġabru b’għan altruwistiku bħala ġest biex jagħti lura lin-nies fil-bżonn li huma mgħejjuna minn din l-organizzazzjoni. Fil-passat Miguel għamel …
MIGUEL MIFSUD – THE SOBER RUNNER – 100KM GIVING BACK RUN Nhar il-Ħadd li ġej – b’risq Caritas Malta
Miguel Mifsud nhar il-Ħadd li ġej, 7 ta’ April, se jagħmel ġirja ta’ 100KM madwar il-kosta ta’ Malta. F’dawn il-ġranet qiegħed fl-aħħar tħejjijiet għal din il-ħolma u xewqa kbira tiegħu, b’għan altruwistiku b’risq Caritas Malta bħala ġest biex jagħti lura lin-nies fil-bżonn li huma mgħejjuna minn din l-organizzazzjoni. Fil-passat Miguel għamel żmien ta’ riabilitazzjoni fiċ-Ċentru Terapewtiku ta’ San Blas biex …