TAMA PERMEZZ TAL-IKLA TAL-MILIED TA’ CARITAS MALTA

JITĦABBRU D-DETTALJI TAL-IKLA FIL-KURJA TAL-ARĊISQOF Caritas Malta qed tistieden lill-persuni li jinsabu weħidhom jew m’għandhomx il-mezzi sabiex din is-sena jqattgħu Milied b’dinjità u jiġu jieklu flimkien għall-ikla tal-Milied fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana. Din l-ikla hi turija ta’ mħabba mgħixha fil-konkret u sinjal tanġibbli ta’ Knisja li tilqa’ lil kulħadd. Il-Vigarju Episkopali għad-Djakonija, Dun Martin Micallef, qal li din l-ikla li ssir …

CARITAS MALTA TINAWGURA DIGITAL MEDIA LAB FIĊ-ĊENTRU TERAPEWTIKU GĦALL-ADOLEXXENTI TAL-IBWAR

Caritas Malta inawgurat Digital Media Lab fiċ-Ċentru Terapewtiku għall-Adolexxenti tal-Ibwar fil-preżenza tal-Vigarju Episkopali għall-ħidma fid-Djakonija Fr Martin Micallef, l-Onorevoli Ministru Michael Falzon għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, l-Onorevoli Graziella Attard Previ Shadow Minister għall-Ugwaljanza, il-Libertajiet Ċivili u d-Drittijiet tat-Tfal, id-Direttur ta’ Caritas Malta Anthony Gatt u d-Direttur Ġenerali ta’ PPCD Fondi Ewropej Dr Georgina Scicluna. Il-Kordinatur Kliniku tas-servizz ta’ Caritas …

Valletta FC u Caritas Malta jniedu kollaborazzjoni ta’ għarfien u sapport għar- riabilitazzjoni mill-abbuż tad-droga

Il-Kollaborazzjoni tingħata t-tema Bounce Back Valletta FC u Fondazzjoni Caritas Malta jħabbru l-kollaborazzjoni bi skop ta’ għarfien dwar riabilitazzjoni mill-abbuż ta’ droga u wkoll bħala sapport lejn persuni li jinsabu fl-irkupru tagħhom. Din l-inizjattiva tħabbret mid-Direttur ta’ Caritas Malta Anthony Gatt u Claudio Grech President tal-Valletta FC, li timmarka pass importanti fejn tgħaqqad l-isports mas- soċjal. Il-kollaborazzjoni tiffaċilita l-qawwa tal-isport …

Reazzjoni ta’ Caritas Malta għall-Baġit 2024

Il-Baġit għas-sena 2025 jintroduċi diversi inizjattivi pożittivi biex isaħħaħ il-benesseri soċjali u l-inklużjoni. Caritas Malta tilqa’ bis-sħiħ it-titjib fis-sistemi ta’ appoġġ soċjali, sentejn krediti ta’ sigurtà soċjali għal dawk li jtemmu programmi ta’ riabilitazzjoni mid-droga, allowances aħjar għall-familji, żidiet għall-ħaddiema u r-reviżjonijiet li saru fit-taxxa, żieda partikolari fl-allowance għat-tfal u għall-pensjonanti, kif ukoll l-appoġġ għall-familji li jagħżlu jaddottaw jew jiffosterjaw, …

Caritas Malta tiċċelebra l-Jum Dinji għall-Anzjani

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għall-Anzjani, illum l-1 ta’ Ottubru, Caritas Malta ċċelebrat l-anzjani bit-tema Ħudu Ħsiebna u organizzat ċelebrazzjoni permezz ta’ quddiesa fil-Bażilika Minuri ta’ Kristu Re, Raħal ġdid. Għal din iċ-ċelebrazzjoni ewkaristika attendew madwar 600 anzjan li ġew mill-komunità, parroċċi u wkoll minn diversi djar tal-anzjani. Attendew ukoll isShadow Minister għall-Anzjanità Attiva l-Onorevoli Paula Mifsud Bonnici, Peter Paul Bonnici President …

Caritas Malta tingħata l-President’s Award mill-Malta Employees Sports Association – MESA

Nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Awwissu Caritas Malta ngħatat il-President’s Award mill-Malta Employees Sports Association, waqt serata annwali ta’ Awards Night imtella’ minn MESA. Dan l-award ifisser ħafna għal Caritas Malta fejn f’dawn l-aħħar snin qed tagħti spinta kbira fejn tidħol l-attività fiżika u l-isport; mhux biss bl-attività annwali ta’ Caritas Run ForLife, imma wkoll tinkorraġġixxi li fi djar ta’ riabilitazzjoni …

MINIMUM ESSENTIAL BUDGET FOR A DECENT LIVING MEBDL 2024

Il-Minimum Essential Budget for a Decent Living (MEBDL) 2024 huwa r-raba’ edizzjoni ta’ dan l-istudju, ippubblikat minn Caritas Malta. Minn meta ħareġ l-ewwel studju fl-2012, l- MEBDL kien dejjem marbut mal-viżjoni ta’ Caritas Malta li tgħin sabiex teradika l-faqar, tippromwovi l-iżvilupp uman, u tinkoraġġixxi l-ġustizzja soċjali. L-għan ewlieni tal-MEBDL hu li jiddetermina l-ispiża ta’ basket bażiku ta’ prodotti u servizzi …

Martin Azzopardi temm b’suċċess 170km bir-rota minn Pozzallo sa Ortigia – attività b’risq Caritas Malta

Martin Azzopardi temm b’suċċess 170km bir-rota minn Pozzallo sa Ortigia u lura fejn permezz ta’ din l-attività ħeġġeġ familjari, ħbieb u anki kumpaniji jagħtu donazzjonijiet b’risq il-ħidma ta’ Caritas Malta. Bħala parti mill-kampanja li torganizza Caritas Malta tat-3rd party events, individwi, kumpaniji, jew gruppi, eċċ… javviċinaw lil Caritas b’xi attività li jkunu se jagħmlu u Martin Azzopardi mħeġġeġ minn dan …

170km bir-rota minn Pozzallo sa Ortigia b’risq Caritas Malta

Caritas Malta bħalissa għaddejja bil-kampanja ta’ 3rd party events, fejn individwi, kumpaniji, jew gruppi, eċċ… javviċinaw lil Caritas b’xi attività li jkunu se jagħmlu u b’hekk jinġabru fondi b’risq din l-entità. Dawn il-fondi jkunu ferm ta’ sostenn għall-ħidma ta’ Caritas Malta fejn minbarra s-servizzi bi djar terapewtiċi residenzjali kontra l-abbuż ta’ droga, Caritas Malta toffri servizzi psiko-soċjali miċ-ċentru fil-komunità, il-Ħamrun, …

35 Sena ta’ SFIDI U SUĊĊESSI!

Diskors ta’ merħba mid-Direttur ta’ Caritas Malta, Anthony Gatt, fl-okkażjoni tal-Gradwazzjoni mill-programm ta’ riabilitazzjoni f’San Blas – 2024 35 Sena ta’ SFIDI U SUĊĊESSI! Il-Ġimgħa l-oħra kellna quddies ta’ ringrazzjament, mal-gradwati u l-familji tagħhom. Tlabt permess nirrakkonta storja li nqassmet magħna f’din il-quddies. Missier li kellu t-tifel San Blas, ’il fuq minn sena ilu, ittajjar minn karozza viċin id-dar waqt …