Nifhmu l-Epilessija

It-Tnejn 12 ta’ Frar huwa l-Jum Internazzjonali tal-Epilessija. Huwa kruċjali li nifhmu din il-kundizzjoni newroloġika prevalenti li taffettwa madwar 50 miljun persuna madwar id-dinja. L-epilessija hija kkaratterizzata minn tendenza ghal aċċessjonijiet rikorrenti, li jirriżultaw minn attività abnormali fil-moħħ. L-epilessija ħafna drabi ġġorr konsegwenzi soċjali u minħabba l-istigma assoċjata mal-kundizzjoni.
Il-possibbiltà li tesperjenza aċċessjoni jaf tqajjem biza’. Madankollu, huwa importanti li nneħħu kunċetti żbaljati u nirrikonoxxu li l-maġġoranza tal-individwi bl-epilessija jgħixu ħajja normali. B’appoġġ xieraq, individwi b’epilessija jistgħu jsegwu aspirazzjonijiet personali u jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għas-soċjetà. Din ir-realtà tenfasizza l-importanza t’għarfien dwar l-epilessija.
Organizzazzjonijiet bħall-Caritas Malta Epilepsy Association għandhom rwol ċentrali biex jipprovdu appoġġ u jippromwovu d-drittijiet tal-individwi bl-epilessija.
Fit-2 ta’ Marzu se jsehh forum nazzjonali dwar l-epilessija, iffinanzjat permezz tal-iskema ta’ Appoġġ għall-Inizjattivi Żgħar mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat f’isem il-Ministeru għall-Inklużjoni u Organizzazzjonijiet Volontarji. Dan il-forum jenfasizza l-involviment tal-pazjent u tal-pubbliku (patient public involvement), filwaqt li jenfasizza kif individwi bl-epilessija jistghu jipparteċipaw b’mod attiv fir-ricerka relatata mal-kura u l-appoġġ tagħhom. Għal aktar dettalji dwar dan il-forum, l-individwi huma mħeġġa jżuru l-paġna ta’ Facebook tal-Caritas Malta Epilepsy Association għal aġġornamenti u informazzjoni.