REAZZJONI CARITAS MALTA WHITE PAPER – ĠUSTIZZJA AKTAR EFFETTIVA MAL-VITTMI TAD-DROGA

Caritas Malta ssottomettiet formalment il-veduti u l-opinjoni tagħha dwar il-White Paper. Din l-istqarrija tikkomunika l-punti ewlenin tal-Feedback li tat nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Frar. L-opinjoni tinkludi l-veduti ta’ madwar 45 resident li bħalissa qed jagħmlu programm residenzjali ta’ riabilitazzjoni ma’ Caritas Malta, klijenti li għamlu użu mis-servizzi ta’ Caritas, u l-veduti tal-istaff ta’ Caritas Malta li jaħdmu kemm fil-qasam tar-riabilitazzjoni …

Nifhmu l-Epilessija

It-Tnejn 12 ta’ Frar huwa l-Jum Internazzjonali tal-Epilessija. Huwa kruċjali li nifhmu din il-kundizzjoni newroloġika prevalenti li taffettwa madwar 50 miljun persuna madwar id-dinja. L-epilessija hija kkaratterizzata minn tendenza ghal aċċessjonijiet rikorrenti, li jirriżultaw minn attività abnormali fil-moħħ. L-epilessija ħafna drabi ġġorr konsegwenzi soċjali u minħabba l-istigma assoċjata mal-kundizzjoni. Il-possibbiltà li tesperjenza aċċessjoni jaf tqajjem biza’. Madankollu, huwa importanti li …

Il-firxa tal-HHC – Kannabis Semi-Sintetika f’Malta

Caritas Malta, Fondazzjoni OASI, l-Assoċjazjoni għall-Iskejjel tal-Knisja u s-Segreterjat għall-Edukazzjoni Nisranija qed jiirakkomandaw li jiġi projbit il-bejgħ tal-prodotti HHC fil-gżejjer Maltin. Sfond Bil-liġi għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis, rajna l-bidu u tkattir ta’ numru ta’ ħwienet li jbigħu prodotti tal-Kannabis b’kontentut baxx ta’ THC (l-ingredjent attiv li jipproduċi ewforija fil-kannabis), żerriegħa tal-kannabis u tagħmir relatat mal-użu tal-kannabis. Barra minn hekk, qed jinbiegħu …

L-Imam fi żjara fiċ-Ċentru terapewtiku ta’ San Blas

Imam Laiq Ahmed Atif u l-Komunità Ahmadiyya Musulmana għal darb’oħra wrew ġest ta’ solidarjetà u mħabba lejn residenti li bħalissa qed jagħmlu programm ta’ riabilitazzjoni fi ħdan iċ-ċentri terapewtiċi ta’ Caritas Malta. Is-Sibt 16 ta’ Diċembru 2023, Imam Atif flimkien ma’ rappreżentanti tal-Komunità Ahmadiyya Musulmana, qattgħu sagħtejn mar-residenti tal-Male shelter, kif ukoll fil-programm terapewtiku għall-irġiel u għan-nisa f’San Blas. Il-Komunità …

SE TERĠA’ SSIR L-IKLA TAL-MILIED TA’ CARITAS MALTA

JIBDEW IT-TĦEJJIJIET GĦAT-TMIEN EDIZZJONI TAL-IKLA FIL-KURJA Għat-tmien sena Caritas Malta qed tistieden lil dawk il-persuni li jinsabu weħidhom jew m’għandhomx il-mezzi sabiex din is-sena jqattgħu Milied b’dinjità u jiġu jieklu flimkien għall-ikla tal-Milied fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana. Is-sena li għaddiet, madwar 500 persuna nġabru fil-Kurja u qattgħu jum il-Milied flimkien hekk kif darba fis-sena, il-Kurja tinbidel f’restorant kbir u ssir post …

Tender CM/009/23 for the Demolition, Excavation and Construction works

Tender CM/009/23  Tender Title: Demolition, Excavation and Construction Works  Deadline for submissions: 27th December 2023, 11.00 am  Public Opening : 27th December 2023, 11.30 am  Extract from minutes of Public Opening  Bids Received (all prices are inclusive of vat)  Steve Azzopardi € 468,610.04  AX Construction € 347,446.42  

Il-Jum Internazzjonali tal-Knisja Kattolika għall-Faqar

“Twarrabx wiċċek minn min hu fqir” (Tob 4:7) 19 ta’ Novembru 2023 Il-Jum Internazzjonali għall-Faqar tal-Knisja Kattolika, skedat għad-19 ta’ Novembru, 2023, jenfasizza l-isfida globali kontinwa tal-faqar. Caritas, organizzazzjoni globali ddedikata għall-qerda tal-faqar, tafferma mill-ġdid l-impenn tagħha li tipprovdi tama u serħan lil dawk fil-bżonn. Id-definizzjoni tal-faqar, kif artikolata mill-Papa Ġwanni XXIII, tinkludi d-dritt għall-ħajja, l-integrità tal-ġisem, u mezzi essenzjali …

Reazzjoni ta’ Caritas Malta għall-Baġit 2024

Caritas Malta tqis il-Baġit 2024 bħala wieħed soċjali li hu immirat li jżid id-dħul lil dawk l-iktar vulnerabbli speċjalment anzjani, persuni u familji bi dħul baxx, żgħażagħ, persuni b’diżabilità u dawk b’kundizzjoni ta’ saħħa mentali, fl-isfond tal-għoli tal-ħajja esaġerat u tad-distakk dejjem jikber bejn il-fqir u s-sinjur. Caritas Malta ppromoviet il-bżonn ta’ Cola (Cost of Living Adjustment) addizzjonali għal dawk …

Riflessjonijiet ta’ Caritas Malta qabel il-Baġit 2024

Fl-isfond li qedgħin ftit ġranet ’il bogħod mill-baġit, Caritas Malta tixtieq tesprimi l-aspirazzjonijiet tagħha għat-tisħiħ soċjali u ekonomiku u tagħti sommarju ta’ proposti u riflessjonijiet li ġew ippreżentati matul din l-aħħar sena f’fora differenti mal-Awtoritajiet konċernati, Korpi Kostitwiti u s-Soċjetà Ċivili. F’Malta qed ngħixu f’sistema ekonomika bbażata fuq is-suq liberu immirat li jiġġenera profitt dejjem akbar minn sena għall-oħra bil-periklu …