UFFIĊĊJU TEMPORANJU GĦAL CARITAS MALTA

B’din l-istqarrija, Caritas Malta tixtieq tħabbar li l-uffiċċju ċentrali u amministrattiv kif ukoll is-servizzi ġeneriċi ta’ assistenza soċjali (mhux residenzjali) imxew mill-binja tal-Kurja tal-Arċisqof għall-uffiċċju temporanju f’Santa Venera.

Għal dawn l-aħħar 40 sena l-uffiċċju ċentrali ta’ Caritas Malta kien jopera mill-Kurja tal-Arċisqof il-Furjana. Din iċ-ċaqliqa qed issir bħala parti mix-xogħol ta’ restawr u manutenzzjoni li qed isir fil-Binja tal-Kurja.

L-indirizz il-ġdid ta’ Caritas Malta huwa: 219, Triq il-Parilja Santa Venera u n-numru ta’ kuntatt huwa 21331000.

Min juża t-trasport pubbliku, l-iktar waqfa viċin għandha l-isem ta’ ‘Parilja’ u r-rotot li jgħaddu minn din il-waqfa huma: 58A, 47, 181 u l-X3. Aktar tagħrif kif wieħed jista’ jasal jinkiseb mis-sit tal-internet www.caritasmalta.org

Dan l-uffiċċju ċentrali u amministrattiv se jservi sakemm is-sena d-dieħla, Caritas Malta tkun qed tiftaħ iċ-ċentru l-ġdid tal-komunità fil-Blata l-Bajda.

Fl-uffiċċju ċentrali u amministrattiv tagħha, Caritas Malta tagħti sapport lil dawk l-aktar vulnerabbli f’servizzi bħal għajnuna soċjali, għajnuna għall-benesseri u l-iżvilupp sħiħ tal-persuna u l-ġustizzja soċjali.