Rinovar ta’ faċilitajiet sportivi fil-Komunità Terapewtika ta’ San Blas

Caritas Malta għadha kif ġabet għajnuna finanzjarja biex ittejjeb il-faċilitajiet sportivi tagħha fil-Komunità terapewtika ta’ San Blas.
Il-proġett jikkonsisti f’żewġ partijiet; Rinovar ta’ football pitch 5-A-Side u wkoll f’xiri ta’ apparat ta’ Gym.
Il-Football pitch f’San Blas, kellu nuqqas ta’ dawl u b’hekk kienet qed tkun diffiċli biex dan il-pitch jintuża f’taħriġ għar-residenti filgħaxija – speċjalment fil-ġranet sħan tas-sajf dan il-pitch iktar jista’ jiġi utilizzat filgħaxijiet milli matul il-ġurnata.
Permezz tal-fondi minn “Skema Solidarjetà mal-Vittmi tad-Droga” kienet possibbli li jsiru dawn id-dawl u b’hekk dan il-football pitch issa jista’ jiġi utilizzat matul is-sena kollha. Ix-xibka ta’ madwar id-dawra tal-pitch ukoll ġiet rinovata u ġew installati żewġ lasti ġodda wkoll.
F’parti oħra fejn isir użu ta’ gym f’San Blas, inxtara gym equippment ġdid, il-kamra ġiet miżbugħha mill-ġdid bl-għajnuna ta’ residenti stess li qed jagħmlu programm fil-Komunità terapewtika ta’ San Blas biex issa se jkollhom il-post ideali fejn issir attività fiżika li tant tgħin għal saħħa mentali sana.
Caritas Malta tinsab grata għall-“Skema Solidarjetà mal-Vittmi tad-Droga” għax permezz ta’ dawn il-fondi, kienet possibbli biex isiru dawn il-proġetti sportivi biex persuni li qed jagħmlu programm residenzjali kontra l-abbuż tad-droga, issa se jkollhom ukoll għajnuna ta’ taħriġ fiżiku li tant huwa ta’ importanza fil-vjaġġ li persuna jkun qed jagħmel lejn ħajja sana mingħajr dipendenza fuq sustanzi.