Proposta li tinnormalizza l-użu u tista’ tolqot ħażin lis-soċjetà
L-organizzazzjonijiet imsemmija jesprimu t-tħassib serju tagħhom dwar numru ta’ riformi hekk proposti fil-White Paper dwar ‘l-użu responsabbli tal-Cannabis’. Din il-White Paper tipproponi bidla fundamentali fid-direzzjoni lejn iktar aċċettazzjoni tal-kultura tal-użu tal-Cannabis.
F’soċjetà demokratika nirrispettaw id-djalogu u nifhmu li l-politiku jiġi konfrontat b’vuċijiet u interessi diversi. Fil-liġi hekk kif proposta tidher li se tkun qed tagħti l-aktar vuċi lil dawk li jixtiequ jużaw il-Cannabis b’mod liberu. Il-Liġi proposta tidher tirrifletti battalja mitlufa mal-kultura tal-użu tal-Cannabis u tagħti inqas protezzjoni lil dawk li jistgħu jbatu konsegwenzi serji minħabba l-Cannabis – individwi jew familji fejn hemm dipendenza fuq il-Cannabis u fuq drogi oħra; l-adolexxenti; dawk f’riskju li jiżviluppaw problemi mentali bil-Cannabis.
Naraw li jekk din il-liġi kif proposta tgħaddi, se jkollna naffaċċaw dawn ir-riperkussjonijiet:
- Tkompli tiġi normalizzata l-Cannabis bħala sustanza li wieħed jista’ jagħmel użu minnha b’mod iktar liberu mingħajr tant riperkussjonijiet. Dan hu ta’ detriment speċjalment fl-imħuħ tal-adolexxenti fejn nafu li s-sustanza tagħmel ħsara kbira f’moħħ li qed jiżviluppa. Iktar u iktar meta l-età ta’ dawk li jistgħu jagħmlu użu huwa ta’ 18-il sena kif proposta fil-White Paper.
- It-traffikanti jibdew iqassmu l-Cannabis fil-kwantitajiet indikati biex jekk ir-runners tagħhom jinqabdu jiġu esposti biss għall-multa amministrattiva, jew ma jeħlu xejn jekk il-pakkett ikun ta’ 7 grammi jew inqas
- Il-persuni li huma dipendenti jew li qed jaffaċċaw diffikultajiet minħabba l-użu se tkun għalihom iktar diffiċli biex jibbenefikaw minn care plan li s’issa kien qed jiġi offrut mit-Tribunal jew mid-Drug Offenders Rehabilitation Board (DORB). Dan għaliex fid-dawl ta’ dak li qed jiġi propost, jekk persuna tkun f’pussess ta’ inqas minn 7 grammi, lanqas tersaq quddiem it- L-esperjenza wrietna li ħafna persuni li messew mat-Tribunal jew mad-DORB, wettqu b’suċċess pjan li jindirizza l-bżonnijiet tagħhom.
- F’kultura preżenti, fejn persuni jfittxu divertiment bl-użu tal-alkoħol u taħlit ta’ sustanzi oħra, wieħed jitħasseb jekk din il-liġi proposta hix se twassal għal iktar użu ta’ Cannabis u sustanzi oħra.
- Jekk l-użu tal-Cannabis jiżdied, se jkun hemm iktar domanda fuq l-organizzazzjonijiet li joffru għajnuna lill-persuni li jagħmlu użu minn dawn is-sustanzi u anke fuq servizzi ta’ saħħa mentali, hekk kif diġà f’dawn l-aħħar snin qed naraw żidiet fit-talbiet għall-għajnuna. Għaldaqstant jekk dawn il-proposti jiġu implimentati se jkun hemm bżonn ta’ investiment qawwi fil-qasam tal-kura.
Il-White Paper tħalli diversi mistoqsijiet mhux imwieġba bħal:
- Kif se jsir l-infurzar ta’ dan li qed jiġi propost dwar il-projbizzjoni tal-użu fil-pubbliku?
- Kif se jsir l-infurzar biex jiġi żgurat li ma jsirx użu tal-Cannabis quddiem it-tfal fid-djar u biex il-minuri ma jkollhomx aċċess għas-sustanza?
- Se jiġi stabbilit threshold tal-perċentwal ta’ THC fil-pjanti tal-Cannabis kif ukoll il-piż tal-pjanti?
- Qed jiġi kkunsidrat jekk uħud mill-proposti hux qed imorru kontra l-konvenzjonijiet tad-drogi tal-Ġnus Magħquda?
- Kif se jigu kkunsidrati l-obbligu dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol minn min iħaddem, f’każ li ħaddiema tiegħu jkunu kkunsmaw il-Cannabis?
- Kif se jiġu ttestjati nies li jinsabu jsuqu taħt l-effett?
- Sar xi studju speċifiku għal pajjiżna dwar x’impatt soċjali jista’ jkollhom dawn il-proposti?
Dejjem sħaqna li persuni li jużaw il-Cannabis għall-użu personali m’għandhomx jintbagħtu l-ħabs u lanqas għandha tiċċappsilhom il-kondotta. Lanqas għandhom dawn il-każijiet idumu snin biex jiġu deċiżi mill-Qrati. Ninkoraġġixxu li dawn il-persuni li jixtiequ l-għajnuna jkollhom servizz ta’ kwalità f’ħinu.
Comments 17
I agree completely with Caritas, I am quite concerned regarding the white paper, since I live in a flat and like me thousands of other people. Sometimes I used to smell cigarettes, let alone what if the neighbours decide to smoke cannabis, the smell will come also to my apartment. We are then restricted to live with closed windows. I am also concerned about the children that can be passively smoking cannabis if their parents are smoking cannabis in the same building since although the white paper prohibits the use near minors, but we know what can happen if parents are dependent on cannabis. I wish that the government reconsider the white paper for the benefit of adoloscents and young people.
I agree completely with Caritas, I am quite concerned regarding the white paper, since I live in a flat and like me thousands of other people. Sometimes I used to smell cigarettes, let alone what if the neighbours decide to smoke cannabis, the smell will come also to my apartment. We are then restricted to live with closed windows. I am also concerned about the children that can be passively smoking cannabis if their parents are smoking cannabis in the same building since although the white paper prohibits the use near minors, but we know what can happen if parents are dependent on cannabis. I wish that the government reconsider the white paper for the benefit of children, adoloscents and young people and of society at large.
Sincerament filwaqt li qeghdin in nuqqas tar ruh socjali tal politici Maltin, irridu bid dmir nuru kull hajr lill Caritas li b mod professjoni turi t thassib gust taghha u tesprimi d danni ta mard mentali se jkunu jippratikaw u jghixu.
Politici li l bniedem huwa biss numru, vot.
Poplu Iftah ghajnejk qabel ikun tard wisq .
Lil min tikkoncerna.
Public Consultation re il-kannabis ghal uzu rekreazzjonali
Meta fil-bidu, bdejna ndahhlu bil-mod il-mod, il-hsieb tal-uzu tal-kannabis, biex inserrhu mohh in-nies, inghatat l-impressjoni li kienet se tkun ghal uzu medicinali biss. B’Hekk, provajna inserrhu mohh in-nies mill-futur ta’ uliedhom lewwel nett, u mill-valuri bhala pajjiz. Hija tal-misthija u tal-biza, is-sitwazzjoni li gejna fiha. Flok ma mmorru il-quddiem, qed immorru lura bhal-granc fil-valuri. Hija inaccettabbli li naccettaw dawn il-ligijiet. Qed iggibu (iva, ‘iggibu’ hija il-kelma li uzajt, ghax min idahhal dawn il-ligijiet irid jerfa ir-responsabbilta) il-qerda ta’ uliedna. Qed twasslu messagg zbaljat lin-nies hemm barra, li hija haga tajba li wiehed ikabbar il-kannabis u jikkonsma u minghalih isib il-ferh f’hajtu b’din il-haxixa li qed nistahbew wara l-iskuza li hija naturali. Nafu sew, kif il-maggoranza tan-nies jispiccaw meta jmissu mad-drogi. U ahna qed ninkuraggixxu flok nedukaw biex inzommu l-boghod. Din mhix decizjoni li ttiehdet fl-interess tal-harsien ta’ uliedna, u zgur aktar mhux fl-interess tal-maggoranza li ghandhom ponta sens go mohhom. Waqqfu din il-proposta milli taghmel il-hsara li tant se ggib maghha. Qabel ma jkun tard wisq. Nitlob lil Alla jdawwal l-imhuh ta dawk responsabbli tal-ligijiet li meta jigu mdahhla, jistghu jibnu jew ikissru poplu. Grazzi. Pierre Zerafa.
I am very much aware of the effects of smoking Cannabis on the personality of any individual, young or old. I have had first hand experience of the increased agitation and anxiety a person develops in his/her system after adopting the habit. Stop this law before it is too late please.
Good morning,
Is there an English version of the above text?
Thanks in advance.
I agree completely with Caritas.
I agree 100% with Caritas ..Please reconsider
Pingback: Church in Malta concerned over push to legalize marijuana - Catholic Mass Online Search
Pingback: Church in Malta concerned over push to legalize marijuana – CBD News Insider
Jien ma nista qatt naccetta l-introduzzjoni tal haxixa. Bhal ma dejjem jigri il haxixa dejjem kienet il bidu ta rovina ta dawk li sabu ruhhom fil vizzju mishut ta droga. B’din il ligi se nghatu aktar lok ghal abbuz u aktar sahha lit traffikanti li se jkunu jistghu jmexxu id droga b’aktar mod sigur. Bhal ma dejjem gara anke f’okkazjonijiet fejn sar xi haga biex isservi ta gid ,il bniedem dejjem uzahha hazin ghal skopijiet tieghu.Qeghdin nghixu f’hajja gungla fejn diga hawn tkissir enormi fil familji, Ghaliex se nkomplu nkisru u nfarku il ftit li forsi fadal sewwa? Ghaliex bilfors irridu niggustifikaw il hazin u nkomplu nkisru it tajjeb?Dan il gid li se nhallu lil uliedna li xejn mhu xejn?Din il ligi mhux se tkompli tohloq aktar firda fil familji?Art twelidi li tant kont niftahar biha fi tfuliti illum NISHITHA. il white papwer tghid li persuna jista jzomm fuqu sa 7 grammi haxixa, dan ifisser li persuna jista jpejjep 7 grammi u wara jista jerga jzomm 7 grammi ohra fuqu u jibqa jghamel l-istess jew aghar minn hekk jista jmexxi u jbieh b’aktar facilita 7 grammi kull darba minghajr hadd ma jista ghalih ,lanqas il ligi.Kemm il 7 grammi jilhaq ibieh persuna f’gurnata specjalment meta id distanzi hawn Malta huma tant qosra?Din il ligi mhi xejn hlief rebha ghat traffikanti ta droga.
Pingback: Church in Malta concerned over push to legalize marijuana - Vatican News - Joint Family
I totally agree with Caritas. This is ridiculous. Smoking cannabis can lead to other drugs.
Gov is doing this for votes!!
Naqbel perfetament ma dak kollu li qed tispjega il Caritas.
I agree 100% with caritas. Please stop this law!!!!
Smoking cannabis can lead the smoker to start using other drugs. Stop this law while you can, this is just a mean to gain votes. Your children could use cannabis too.
Why should we burden society with so much problems for recreational purposes? Is this the message our politicians want to instill? Why healthy lifestyle is being encouraged and we are the simply ready to legalize such harmful substances? Have we lost all empathy to those around us and we are only interested in instant gratification!! I agree with all the informed issues being raised by Caritas.