MINI MEBDL 2022 (Minimum Essential Budget for a Decent living)

 

Rapport MiniMEBDL 2022 – Focusing on Three Low-Income Household Categories: MiniMEBDL 2022

 

Riċerka dwar l-ispiża tal-ikel u mediċini għall-familji bi dħul baxx

Kull erba’ snin Caritas Malta, mill-2012, għamlet studju magħruf bħala Minimum Essential Budget for a Decent Living (MEBDL). L-iskop ta’ din ir-riċerka hu biex jiddentifika prezz ta’ baskett ta’ servizzi u oġġetti li familji bi dħul baxx, għandhom bżonn biex jgħixu ħajja diċenti. Dan l-istudju jiffoka fuq tliet tipi ta’ familji; żewġ adulti u żewġt itfal, adult u żewġt itfal u żewġ anzjani.

Is-Sur Anthony Gatt, Direttur ta’ Caritas Malta, filwaqt li rringrazzja lil Prof. Suzanne Piscopo lettur fil-Fakultà tal Edukazzjoni u lil Andre Bonello mill-unit tar-riċerka f’Caritas Malta, spjega li b’riżultat tal-pandemija tal-Covid-19 u l-impatt li kellha fuq l-ispiża ta’ prodotti bażiċi, inħass il-bżonn ta’ aġġornament ta’ dan l-istudju b’mod speċjali dwar l-ikel, il-mediċini u prodotti oħra ta’ kura tas-saħħa. Is-Sur Gatt Spjega li l-impatt li qed tħalli l-gwerra tal-Ukrajna ma jirriflettix f’dan l-istudju peress li l-prezzijiet mis-supermarkets u ħwienet inġabru fi Frar tal- 2022.

Il-Prof. Suzanne Piscopo, lettur fil-Fakultà tal-Edukazzjoni (Health, Physical Education and Consumer Studies) spjegat li r-riżultat jirrifletti:

  • l-ispiża totali ta’ 7 t’ijiem ikel kif ippreparat fl-MEBDL fl-istudju tal-2020 għal 3 tipi ta’ familja inkluż l-ispiża tal-ħaxix u frott
  • l-ispiża ta’ mediċini u bżonnijiet bażiċi oħra ta’ saħħa għat-3 tipi ta’ familja
  • l-ispiża totali tal-mediċina u affarijiet bażiċi ta’ oġġetti li jkollhom jinxtraw minħabba l-Covid-19 (Maskri, sanitiżers u panadols) – għat-3 tipi ta’ familja.

 

Il-listi ta’ prezzjijiet komparati mal-2020 kif jidher hawn taħt:

Tressqu diversi rakkomandazzjonijiet fosthom:

  • Postijiet speċifiċi (hubs) fejn jinġabar l-ikel li għadu tajjeb imma jkun se jintrema u jitqassam fil-food banks
  • Issir sistema fejn permezz ta’ applikazzjoni, familji bi dħul baxx jiġu mgħejjuna b’ikel qabel id-data tal-iskadenza li ħafna drabi dan l-ikel jintrema
  • Jiżdiedu l-lokalitajiet fejn il-bdiewa bil-ħaxix u frott lokali jkunu jistgħu jarmaw
  • Jiġi organizzat trasport pubbliku dirett minn kull raħal/villaġġ għas-suq tal-bdiewa f’Ta’ Qali
  • Jiġu pprovduti smart cards lill-familji bi dħul baxx li bihom ikunu jistgħu jixtru bl-irħis ħaxix u frott, legumi u lewż.
  • Jiġu organizzati skemi f’zoni urbani agrikulturali fejn familji bi dħul baxx jiġu inkorraġġuti jkabbru l-ħaxix u l-frott għall-użu tagħhom jew biex ibigħu permezz ta’ stalls ta’ ħaxix u frott
  • Għal persuni bi dħul baxx, tiġi implimentata l-iskema ta’ flus diġitali, bħal vawċers diġitali u trasferimenti diretti fil-kont tal-bank b’mod li l-allokazzjoni ta’ dawn il-flus digitali/ vawċers tkun biex tintuża f’ikel u prodotti essenzjali. 

 

Dan l-istudju Mini MEBDL 2022 joffri evidenza biex iqajjem kuxjenza, jassisti l-awtoritajiet għall-futur qarib fid-deċiżjonijiet li jieħdu biex jitnaqqas il-faqar f’pajjiżna. Jista’ wkoll jintuża bħala riżorsa għal min hu involut fil-ħidma viċin il-vulnerabbli u dawk bi dħul baxx.

 

Link għall-istudju Minimum Essential Budget for a Decent Living 2020:  https://www.caritasmalta.org/wp-content/uploads/2021/02/Caritas-MEBDL.pdf