Caritas Malta hija waħda mill-organizzazzjonijiet li qed tikkollabora fid-dikjarazzjoni ta’ Oviedo, li ħarġet f’Jannar 2024
L-użu tad-droga jkompli jagħti iktar sfidi kbar madwar id-dinja. F’għaxar snin l-użu ta’ sustanzi tela’ bi 23%1. Fl-istess waqt, ix-xjenza tat evidenza li parti sostanzjali tal-problemi tal-użu tad-droga huwa prevenibbli.
Ir-Rapport Dinji tad-Droga tal-2023 tal-Uffiċċju tal-Istati Unti fuq Droga u Kriminalità (UNODC) iddentifika l-bżonn li jiġu implimentati inizjattivi ta’ prevenzjoni dwar l-użu tad-droga fuq skala internazzjonali.2
Fid-9 ta’ Ġunju tal-2023, esperti nazzjonali u internazzjonali ltaqgħu f’Oviedo, Spanja, f’konsultazzjoni organizzata minn Proyecto Hombre3, biex jesploraw strateġiji effettivi ta’ prevenzjoni mill-użu tad-droga, u li jkunu jimxu ma’ standards xjentifiċi internazzjonali.
Id-dikjarazzjonijiet globali preżenti u l-impenji politċi li jservu ta’ gwida għal pajjiżi, jiġifieri d-Dokument tar-Riżultat UNGASS tal-2016 u d-Dikjarazzjoni Ministerjali tal-20195, jenfasizzaw l-importanza ta’ prevenzjoni bbażata fuq evidenza, u jirreferu partikolarment għall-UNODC/WHO International Standards on Drug Use Prevention6.
Imħeġġa iktar mir-riżoluzzjoni reċenti tal-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi Narkotiċi: 65/4 “Promoting Comprehensive and Scientific Evidence-based Early Prevention”7, l-organizzazzjonijiet li qed jagħtu sapport lid-dikjarazzjoni ta’ Oviedo, għandhom jimpenjaw ruħhom bis-sħiħ lejn l-implikazzjonijiet politiċi mressqa fid-dikjarazzjoni ta’ Oviedo, u jimplimentaw il-proċess għall-iżvilupp sostenibbli permezz ta’ dawn l-għaxar proposti:
- https://www.unodc.org/res/WDR-2023/WDR23_Exsum_fin_SP.pdf
- https://www.unodc.org/res/WDR-2023/Special_Points_WDR2023_web_DP.pdf
- https://proyectohombre.es/ https://www.proyectohombreastur.org/
- https://www.unodc.org/documents/postungass2016/outcome/V1603301-pdf
- https://www.unodc.org/documents/hlr/19-pdf
- https://www.unodc.org/documents/prevention/UNODC-pdf
- https://www.unodc.org/documents/commissions/CND/CND_Sessions/CND_66/ECN72023_CRP8_2303657E.pdf
Proposti
- Il-pajjiżi huma mħeġġa li sal-2030, mill-inqas 25% tal-baġit li jirrigwarda strateġija u policies ta’ demand reduction tad-droga jkun iddedikat fuq prevenzjoni
- Il-promozzjoni ta’ strateġija għall-prevenzjoni mmirata lejn l-etajiet kollha tal-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ prevenzjoni preċedenti
- Tiġi mrawma kultura ta’ riċerka u evalwazzjoni biex jiġu evitati strateġiji ta’ prevenzjoni ineffettivi jew kontroproduttivi
- Titwessa’ l-viżjoni ta’ prevenzjoni sabiex minflok l-attenzjoni tkun fuq id-droga, il-prevenzjoni tiffoka fuq l-individwu u l-komunità
- Jitħaddnu strateġiji ħolistiċi u intersezzjonali ta’ prevenzjoni li jinkorporaw il-popolazzjonijiet kollha li huma f’riskju
- Insaħħu s-sistemi ta’ prevenzjoni mal-istakeholders ewlenin u jiġu ddokumentati n-nefqa li tkun waħda raġonevoli u l-impatt fuq livell globali
- Prevenzjoni mid-droga li tkun aċċessibbli u affordabbli minn kull min għandu bżonn
- Tingħata prijorità lill-prevenzjoni f’pajjiżi bi dħul baxx u medju
- Tingħata iktar promozzjoni u setgħa lill-professjonisti tal-prevenzjoni, kemm dawk attwali u dawk futuri
- Sejħa lill-awtoritajiet u entitajiet relatati mal-qasam sabiex isir monitoraġġ responsabbli tal-politika ta’ prevenzjoni li qed tkun imħaddna fil-pajjiż rispettiv