ĠBIR TA’ FONDI GĦAL GAŻA – CARITAS MALTA B’SEJĦA TA’ EMERĠENZA

Fuq talba tal-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex, Caritas Malta, f’kollaborazzjoni ma’ Caritas Internationalis, qed tappella għal donazzjonijiet ta’ flus b’risq il-poplu ta’ Gaża li bħalissa għaddej minn tbatija estrema.

Bħalissa, familji f’Gaża qed jgħixu f’kundizzjonijiet umanitarji katastrofiċi hekk kif qed tiżdied il-vjolenza u jispiċċaw il-bżonnijiet bażiċi għall-għajxien. Il-Ministeru tas-Saħħa f’Gaża u n-Nazzjonijiet Magħquda kuljum qed jirrappurtaw żieda fl-għadd ta’ persuni mejta kawża tal-ġuħ u malnutrizzjoni severa. Mijiet ta’ tfal u adulti jinsabu f’riskju imminenti ta’ mewt minħabba l-eżawriment fiżiku.
Iktar minn 2 miljun persuni qed jgħixu f’żona iżgħar minn 17-il mil kwadru (daqs żewġ terzi ta’ Għawdex) bi 88% tat-territorju jinsab taħt kontroll militari Iżraeljan jew maħsub għall-evakwazzjoni.

Għal kważi tliet xhur, l-għajnuna kienet ristretta minħabba ostakli burokratiċi, logistika kumplessa u vjolenza kontinwa. L-għajnuna li rnexxielha tidħol f’Gaża kienet ferm inqas mil-livell meħtieġ biex tnaqqas il-ġuħ jew isostni servizzi ta’ salvataġġ. L-aċċess umanitarju jibqa’ limitat, inkluż fil-kamp tar-refuġjati ta’ Jenin.
Sa mill-2023, Caritas Internationalis, flimkien mal-kollaboraturi tagħha, għenet aktar minn 1.7 miljun persuna f’Gaża permezz ta’ ikel, kenn u djar dinjitużi, ilma, sanità u iġene, għajnuna finanzjarja, u appoġġ psikosoċjali.

Caritas Malta qed tappella għad-donazzjonijiet biex permezz ta’ Caritas Internationalis titkompla l-assistenza tant meħtieġa f’dan il-pajjiż. Donazzjonijiet ta’ flus jistgħu jsiru f’dawn il-kontijiet bankarji:

HSBC: MT22MMEB44897000000089021513051
BOV: MT78VALL22013000000040023270071
APS: MT31APSB77046000489010489011015

Min juża l-internet banking ta’ dawn il-banek jista’ wkoll juża l-faċilità ‘Transfer to Third Party’. Din tapplika wkoll għal min juża l-BOV Mobile App. It-transfer isir lil Caritas Malta Emergency Aid (beneficiary name), f’payment details tagħżel ‘non-profit’ u jiddaħħal wieħed min-numri tal-IBAN t’hawn fuq, u fid-description tinkiteb ‘Gaża’.

Id-donazzjonijiet jistgħu wkoll jintbagħtu b’ċekk (il-banek isarrfu biss ċekkijiet ta’ €21 ’il fuq) pagabbli lil Fondazzjoni Caritas Malta – Emergency Aid Fund, indirizzat lil: Caritas Community Centre, Emergency Aid Commission Triq Mountbatten, il-Ħamrun, ĦMR 1577.
Id-donazzjonijiet jistgħu jingħataw ukoll lill-kappillani fil-parroċċi biex jgħadduhom lil Caritas Malta. Id-donazzjonijiet jistgħu jingħataw sal-1 ta’ Settembru 2025.

Min jixtieq iktar dettalji dwar kif jista’ jgħin lill-persuni f’Gaża jista’ jċempel fuq
22199000.