FORSAKEN – WIRJA T’ARTI  ISPIRATA MILL-POEŻIJA

 

 

Caritas Malta se tirritorna b’wirja ta’ arti wara waqfa ta’ iktar minn sentejn minn
dawn ix-xorta ta’ wirjiet, esebizzjoni li se tittella’ fiċ-ċentru l-ġdid tal-Ħamrun fejn ukoll se
ssir it-tnedija ta’ publikazzjoni b’ġabra ta’ poeżiji, fil-Caritas Community Centre.

Din hija l-erbatax-il edizzjoni mix-xorta ta’ dawn il-wirjiet u l-esebizzjoni FORSAKEN
hija esebizzjoni b’differenza.

Michael Boffa, f’mumenti ta’ tlajja fil-ħajja tiegħu, beda jikteb numru ta’ poeżiji li
jirriflettu l-emozzjonijiet li kien għaddej minnhom. Dawn il-poeżiji, tletin b’kollox, għaddew
f’idejn 10 artisti li ngħataw numru ta’ poeżiji u kull poeżija ġiet interpretata fi kwadru kif ġie
ispirat l-artist mill-istess poeżija.

Il-poeżiji ġew miġbura flimkien ma’ ritratti artistiċi u wkoll ritratti tal-kwadri
f’pubblikazzjoni bit-titlu FORSAKEN, li se jkun imnedi u jingħata b’donazzjoni b’risq Caritas
Malta.

Il-kwadri li qed jiġu esebiti, parti mid-dħul tal-bejgħ tagħhom ukoll se jmur b’risq
Caritas Malta, liema donazzjonijiet Caritas tirritorna lura fis-soċjetà f’servizzi psikosoċjali
tant meħtieġa fost dawk l-aktar vulnerabbli.

L-esebizzjoni FORSAKEN hija miftuħa għall-pubbliku, nhar is-Sibt 28 ta’ Mejju bejn iddisgħa
ta’ filgħodu u n-nofs siegħa, fil-Caritas Community Centre, Triq Mountbatten, ilĦamrun.
Għall-aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 22199000 .

 

Forsaken

 

Guiding Light

 

A New Lease

 

Lost

 

Back on Track

 

Rise and Fly

 

True Friends

 

Venture forth!

 

Should I go?

 

All Alone