CineForum – Beautiful Boy

Caritas Malta, Il-Fondazzjoni Oasi u l-Assoċjazzjoni tal-Psikjatri se jtellgħu serata ta’ għarfien dwar l-abbuż tad-droga u wkoll dak li jgħaddu minnu l-ġenituri li għandhom uliedhom dipendenti fuq id-droga.

Nhar il-Ħamis 11 ta’ April, fis-1800hrs, se jintwera l-film Beautiful Boy fis-sala tal-konferenzi ta’ Ċak, Birkirkara u jsegwi dibattitu minn esperti fil-qasam bl-opportunità lil dawk li qed jattendu jipparteċipaw fid-diskussjoni.

Ibbukkja l-post tiegħek permezz ta’ din il-link: www.caritasmalta.org/event/cineforum/

jew ċempel għal iktar informazzjoni fuq 25906600