CARITAS RUN FOR LIFE – 22 ta’ Ottubru 2023.
Bil-kollaborazzjoni ta’ St Patrick’s Athletic Club
Apply to Caritas Run For Life here or visit our Facebook Page here
Waqt konferenza Stampa Caritas Malta ħabbret informazzjoni dwar avveniment ġdid li se jidħol fil-kalendarju tagħha bħala attività fiżika annwali.
Caritas Run For life, se ssir fit-22 ta’ Ottubru fit-08 ta’ filgħodu – ġirja jew mixja miċĊentru Terapewtiku ta’ San Blas Ħaż-Żebbuġ.
10 Km race – 5 Km race – 2.5 Km mixja u 1Km race għal tfal bejn 6 u 9 snin u 2.5km race għal tfal bejn l-10 u t-13-il sena.
Fl-isfond ta’ diffikultajiet fis-soċjetà marbuta ma’ użu ta’ sustanzi u l-problemi li d-droga ġġib fuq il-familja u fuq il-persuni li jiġu dipendenti fuqha, Caritas Malta, filwaqt li tkompli filħidma tagħha ma’ dawk li jersqu għall-għajnuna, tara l-bżonn ta’ kampanji favur attività u ħajja sana.
Caritas Malta temmen li fis-soċjetà tagħna kulħadd – tfal, adolexxenti, żgħażagħ, adulti u anzjani – għandu l-bżonn ta’ opportunitajiet fejn wieħed jesperjenza s-sabiħ li tgħix.
Id-Direttur ta’ Caritas Malta semma’ kif numru sabiħ ta’ residenti, qed isibu lilhom infushom f’attivitajiet sportivi, liema attivitajiet anki wasslu biex residenti jikkompetu f’attivitajiet sportivi barra minn malta – “Fil-fatt nixtieq nirrikonoxxi l-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni, għax bis-sapport kontinwu ta’ Sportmalta waħda mis-slots ta’ attivita sportiva ta’ kull gimgha fil-programm terapewtiku, tiġi organizzata minn coaches ta’ Sportmalta. Kif qsamna din l-idea ta’ Run for Life magħhom offrew lappoġġ sħiħ.”
Is-Sur Gatt kompla jgħid li dan l-investiment fl-isport waqt il-progamm jissarraf f’Dar Charles Miceli – Ċentru tal-Aftercare – fejn twaqqaf Team tal-Football attiv ħafna, u wara lcovid, ġie mwaqqaf ukoll il-Caritas Athletics Team – team ta’ staff flimkien ma’ klijenti li integraw lura fis-soċejtà. F’din l-attività jipparteċipaw ukoll żgħażagħ miċ-Ċentru Terapewtiku għall-adolexxenti tal-Ibwar.
San Blas infetaħ fl-1989 fejn matul is-snin eluf ta’ persuni ħadu lura ħajjithom minn ħalq il-mewt. Il-Komunità Terapewtika għandha diversi għoddod biex tgħin persuna li nħakem minn dipendenza. L-isport sar għodda importanti ħafna kemm waqt il-programm u ħafna iktar wara l-programm.
“Proprju din l-attività li qed inħabbru llum kienet inizjattiva ta’ numru ta’ membri millistaff u anke klijenti li flimkien mat-tim tal-Prevenzjoni ta’ Caritas Malta xtaqu joffru attività li tħeġġeġ l-attività fiżika u sportiva. Din l-attività għal sportivi li diġa huma attivi u li tħeġġeġ lil dawk li għadhom fil-bidu biex tkun l-ewwel pass tagħhom għal ħajja iktar attiva u sana. Ilparteċipazzjoni ssir ukoll b’donazzjoni għal Caritas biex b’hekk fondi li jinġabru jmorru kollha kemm huma għas-servizzi soċjali li Caritas toffri bla ħlas.
“Ma nistax ma nsemmix l-appoġġ tal-isponsors li mingħajrom din l-attività ma tistax issir. Main sponsor Convenience Shop, Go and Fun Isotonic Sport Drink li se jkunu qed jipprovdu goodie bag għal parteċipanti, Garmin se jkunu qed joffru prodott tagħhom li jittella’ bħala raffle għall-parteċipanti u GS Health and Safety” temm jgħid id-Direttur ta’ Caritas Malta.
San Blas hu bejta ta’ ħajja ġdida u statement qawwi li wieħed jista jgħix il-ħajja fil-milja tagħħa mingħajr sustanzi. Iż-żgħażagħ li semmejt fil-bidu qatgħu kull tip ta’ droga anke ssigaretti. M’għadhomx iduru għad-droga biex jaħarbu mill-emozzjonijiet iebsin jew biex jiddevertu. Permezz tal-isport qed jgħixu l-ħajja! Nagħmlu bħalhom!
Is -sur Ray Spiteri President tas-St Patrick’s Athletic Club fakkar li dan il-Club tal-athletics qed jiċċelebra 60 sena mit twaqqif tiegħu, fejn il-bidu tiegħu kien mis-Salesjani tas-Sliema – bil-fundaturi Fr Murray u Bro. O’Meara. F’kelmtejn qosra rringrazzja lil Caritas għal din linizjattiva u kompla jgħid “Niżirgħu fil-membri l-importanza li jipparteċipaw f’attività fiżika skont l-abbiltà tagħhom, permezz ta’ din id-dixxiplina wieħed ikun qed isaħħaħ il-personalità tiegħu.” Appella biex min jista’ jingħaqad f’din il-mixja u ġirja b’risq Caritas Malta li tanttagħmel ġid fis-soċjetà.
Charlene Ciantar Segretarja ta’ St Patrick’s Atheltic Club spjegat dettalji tekniċi dwar irrotta li nħadmet apposta għal din l-attività. Hija rotta kkunsidrata fast peress li l-elevazzjoni hija baxxa ta’ 35metru u hija kollha fil-kampanja. “Hija mmirata għal atleti kompettitivi u ta’ esperjenza kif ukoll dawk li jixtiequ jingħaqdu magħna għall mixja li anki jistgħu jiġu bil-kelb magħhom. Ir-rotta se tkun magħluqa għat-traffiku. Kull ġirja tibda minn quddiem u tispiċċa fiċ-Ċentru Terapewtiku ta’ San Blas fejn bla dubju hija opportunità unika għall-parteċipanti peress li l-aċċess għal San Blas normalment huwa ristrett.”
Għal din l-attività se tingħata midalja u t’shirt kommemorattiv għal kull parteċipant, filwaqt li wara t-tellieqa se ssir preżentazzjoni ta’ trofew fil-kategoriji kompettitivi, kompliet tispjega Charlene Ciantar.
Is-Sur Mark Cutajar, CEO ta’ Sportmalta tkellem dwar il-missjoni ta’ Sportmalta li hi dik li ċċaqlaq lin-nazzjon għall-ħajja iktar b’saħħitha u inklusiva u ta’ suċċess. “Meta tara xi jsir fiċċentri tal-Caritas, b’din l-attività, il-missjoni ta’ Sportmalta se tkun kompluta. L-isport jgħin biex tgħix ħajja iktar b’saħħtek u hawn San Blas huwa l-post fejn ngħinu biex kulħadd iħossu inkluż.” Is-Sur Cutajar temm jgħid li l-ikbar suċċess lil hinn mill-midalji u l-istrutturi li minn żmien għal żmien jinbnew, hemm l-istejjer ta’ suċċess li qed ikollhom dawn ir-residenti meta qed jieħdu sehem attiv f’dawn l-attivitajiet u b’hekk jibnu lilhom infushom. Għamel l-appell biex fit-22 ta’ Ottubru kulħadd jagħżel ir-rotta tiegħu biex jagħti sapport lil Caritas.
L-Onorevoli Ministru Clifton Grima spjega li min jiġi għall-għajnuna għand Caritas ikun qed jibni ħajtu mill-ġdid u ħeġġeġ biex min qiegħed f’din it-tbatija jagħmel il-pass u jitlob lgħajnuna. “Caritas Run for Life hija ċelebrazzjoni ta’dak it-tajjeb kollu li tagħmel il-Caritas. Ħafna jafu li tgħin lin-nies imma mhux kulħadd japprezza x’bidla enormi ssir fil-ħajja ta’ min jibbenifika minn dan is-servizz. Sportmalta taħdem id f’id magħkom permezz ta’ coaches u jgħinu biex ir-residenti jipprattikaw attività fizika. F’għeluq is-60 sena anniversarju ta’ St Patrick’s Athletic Club ma stajtux agħtu rigal isbaħ milli tingħaqdu ma’ organizzazzjoni fejn fil-prinċipju temmnu fil-ħajja.” temm jgħid il-Ministru Grima.
Wieħed jista’ japplika permezz tal- Link jew missit ta’ Caritas Malta caritasmalta.org jew mill-paġna tal-fb Caritas Malta. Kumpaniji li jixtiequ jiġu mal-istaff jew gruppi jistgħu ċċemplu fuq 79555915 jew 22199000.