Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għall-Anzjani, illum l-1 ta’ Ottubru, Caritas Malta ċċelebrat l-anzjani bit-tema Ħudu Ħsiebna u organizzat ċelebrazzjoni permezz
ta’ quddiesa fil-Bażilika Minuri ta’ Kristu Re, Raħal ġdid.
Għal din iċ-ċelebrazzjoni ewkaristika attendew madwar 600 anzjan li ġew mill-komunità, parroċċi u wkoll minn diversi djar tal-anzjani. Attendew ukoll isShadow Minister għall-Anzjanità Attiva l-Onorevoli Paula Mifsud Bonnici, Peter Paul Bonnici President Kunsill Nazzjonali tal-Anzjani u s-Sindku ta’ Raħal Ġdid Jason Silvio.
L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi, akkumpanjat mill-Vigarju Episkopaligħad-Djakonija Fr Martin Micallef u Fr Simon Sciberras, iċċelebraw dan il-jum
speċjali b’messaġġ li għadda Monsinjur Isqof lejn l-anzjani fejn esprima: “Dan hu l-isbaħ fil-ħajja, inkunu fejn inkunu, nistgħu nkunu anke kultant inbatu minn mard u minn tbatija, imma jekk ikollna l-paċi f’qalbna, din l-imħabba li jsemmi San Pawl hi l-isbaħ li jista’ jkollna. Jien nixtieq illum nitlob ħafna għalikom, kull wieħed u waħda minnkom, biex il-Mulej jagħtikom l-għajnuna li għandkom bżonn, u jgħinna lkoll napprezzaw dejjem il-ħin tagħkom; jipprovdilkom lil min magħkom u jakkumpanjakom fit-triq tal-ħajja; u speċjalment biex il-Mulej jagħtikom il-paċi tal-qalb bl-imħabba tiegħu, ħalli tkunu tistgħu tgħixu snin li Alla jagħtikom bl-isbaħ mod; u tgħixuhom tassew b’ħajja ta’ tifħir.”
Id-Direttur ta’ Caritas Malta, Anthony Gatt esprima l-apprezzament lejn lanzjani u kemm kienu ta’ bastun għall-ġenerazzjoni iżgħar u awgura li huma
f’din l-età sabiħa tagħhom isibu bastun f’uliedhom u qrabathom.
Residenti minn djar terapewtiċi ta’ Caritas Malta kienu ta’ sapport malanzjani, speċjalment dawk li għandhom problema ta’ mobiltà u akkompanjawhom biex jidħlu fil-Bażilika b’iktar kumdità Caritas Malta tirringrazzja lis-Sindku ta’ Raħal Ġdid Jason Silvio u lill-Arċipriet Fr Marc Andre Camilleri u lil dawk kollha li pparteċipaw biex din iċċelebrazzjoni fil-Jum Dinji għall-Anzjani setgħet kienet possibbli.