Caritas Malta tiċċelebra 50 sena anniversarju mit-twaqqif tagħha

Filmat/Ritratti: Kurja – knisja.mt/ritratti

Video/Photos: Curia – church.mt/photos

Il-filmat, l-omelija u r-ritratti tal-Quddiesa ta’ radd il-ħajr li ċċelebra l-Arċisqof Charles J. Scicluna lbieraħ filgħaxija, fl-okkażjoni tal-50 sena mit-twaqqif ta’ Caritas Malta. Il-konċelebranti kienu: In-Nunzju Appostoliku Mons. Alessandro d’Errico, l-Arċisqof Emeritus Mons. Pawlu Cremona, il-Vigarju Episkopali għad-Djakonija Mons. Charles Cordina, il-fundatur ta’ Caritas Malta Mons. Victor Grech, u għadd ta’ saċerdoti oħra li servew fil-Caritas. Fi tmiem il-Quddiesa, in-Nunzju Appostoliku qara messaġġ mill-Papa Franġisu (jidher ritratt aktar ‘il fuq).

Ghal din iċ-ċelebrazzjoni li saret fil-Konkatidral ta’ San Ġwann kienu preżenti: il-President tar-Repubblika Marie-Louise Coleiro Preca, il-Ministru Michael Falzon, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, rappreżentanti ta’ awtoritajiet ċivili, persuni li qed isegwu l-programmi tal-Caritas u għadd kbir ta’ ħaddiema u voluntiera ta’ Caritas.

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna: http://knisja.org/Caritas50sena

Il-filmat tal-Quddiesa fuq YouTube: https://youtu.be/eNXnZslJcfY

Fl-omelija, Mons. Arċisqof irringrazzja lil Alla ta’ kemm f’dawn il-50 sena, bi flessibbiltà, bi profezija kbira u b’sens ta’ umiltà, Caritas Malta adattat ghall-ħtiġijiet u l-faqar ġdid li nħabbtu wiċċna miegħu. L-Arċisqof qal li “b’onestà u b’umiltà rridu nistaqsu lilna nfusna jekk aħniex inkejlu s-suċċess billi npoġġu prezz fuq kull ħaġa u kull persuna”. Semma kif il-Papa Franġisku jitkellem ħafna drabi dwar il-‘kultura tal-iskart’, jiġifieri meta l-bniedem jew l-oġġetti huma utli biss għal ftit u mbagħad jintremew. Meta indirizza liż-żgħażagħ li għaddew mill-esperjenza ta’ Caritas jew li qegħdin fiha, l-Arċisqof qal li “dawn jafu li la huma numru u wisq inqas prezz”. L-Arċisqof Scicluna rringrazzja lill-Istat Malti u lill-gvernijiet kolha f’dawn l-aħħar 50 sena, talli dejjem sostnew u emmnu fil-ħidma ta’ Caritas Malta.

 

 

0.Comments

    Leave a Comment