“Twarrabx wiċċek minn min hu fqir” (Tob 4:7) 19 ta’ Novembru 2023 Il-Jum Internazzjonali għall-Faqar tal-Knisja Kattolika, skedat għad-19 ta’ Novembru, 2023, jenfasizza l-isfida globali kontinwa tal-faqar. Caritas, organizzazzjoni globali ddedikata għall-qerda tal-faqar, tafferma mill-ġdid l-impenn tagħha li tipprovdi tama u serħan lil dawk fil-bżonn. Id-definizzjoni tal-faqar, kif artikolata mill-Papa Ġwanni XXIII, tinkludi d-dritt għall-ħajja, l-integrità tal-ġisem, u mezzi essenzjali …
Reazzjoni ta’ Caritas Malta għall-Baġit 2024
Caritas Malta tqis il-Baġit 2024 bħala wieħed soċjali li hu immirat li jżid id-dħul lil dawk l-iktar vulnerabbli speċjalment anzjani, persuni u familji bi dħul baxx, żgħażagħ, persuni b’diżabilità u dawk b’kundizzjoni ta’ saħħa mentali, fl-isfond tal-għoli tal-ħajja esaġerat u tad-distakk dejjem jikber bejn il-fqir u s-sinjur. Caritas Malta ppromoviet il-bżonn ta’ Cola (Cost of Living Adjustment) addizzjonali għal dawk …
Riflessjonijiet ta’ Caritas Malta qabel il-Baġit 2024
Fl-isfond li qedgħin ftit ġranet ’il bogħod mill-baġit, Caritas Malta tixtieq tesprimi l-aspirazzjonijiet tagħha għat-tisħiħ soċjali u ekonomiku u tagħti sommarju ta’ proposti u riflessjonijiet li ġew ippreżentati matul din l-aħħar sena f’fora differenti mal-Awtoritajiet konċernati, Korpi Kostitwiti u s-Soċjetà Ċivili. F’Malta qed ngħixu f’sistema ekonomika bbażata fuq is-suq liberu immirat li jiġġenera profitt dejjem akbar minn sena għall-oħra bil-periklu …