Aġġornament ġbir ta’ fondi għall-Ukrajna


Donazzjoni mingħand The Alfred Mizzi Foundation għall-fond tal-Ukranja

L-appell li għamlet Caritas Malta għall-ġbir ta’ fondi b’sapport għall-Ukranja, beda b’donazzjoni ġeneruża mill-Fondazzjoni Alfred Mizzi fejn ikkontribixxew b’donazzjoni ta’ €10,000. Kelliem għall-Fondazzjoni qal li kienu grati li Caritas Malta waqqfet dan il-fond u jħossuhom sodisfatti u kuntenti li kellhom l-opportunità li jagħtu sehem fit-taqbida għal-libertà fl-Ukranja. “Huwa ta’ privileġġ li nistgħu nagħtu s-sapport lil dan il-poplu qalbieni tal-Ukranja, u nħeġġu oħrajn biex jagħtu s-sapport tagħhom ukoll.”

Caritas Malta tirringrazzja lil Fondazzjoni Alfred Mizzi ta’ dan il-ġest li tant huwa ta’ bżonn f’dawn iż-żminijiet iebsa li għaddejja minnu l-Ukranja.

Ilum Caritas Malta attendiet b’mod virtwali għall-konferenza stampa organizzata minn Caritas Internationalis flimkien ma’ 209 parteċipanti minn 162 pajjiż membru. Ingħatat informazzjoni mill-ħidma diretta ta’ Caritas Ukranja u Caritas-Spes u wkoll minn organizzazzjonijiet membri ġirien Caritas Polonja u Caritas Maldova li dawn qed jgħinu dirett lil dawk l-eluf li qed iħallu djarhom u jfittxu żoni iktar siguri. Ġie kkonfermat li pajjiżi mhux fil-borduri idealment b’mod immedjat jgħinu b’mod finanzjarju.

Caritas Malta għalhekk terġa’ tfakkar li min hu interessat jista’ jagħmel donazzjoni kif ġej:
B’ċekk pagabbli lill-Fondazzjoni Caritas Malta – Emergency Aid Fund, indirizzat: Caritas Community Centre, Emergency Aid Commission, Triq Mountbatten, il-Ħamrun, ĦMR 1577. Id-donazzjonijiet jistgħu jingħataw ukoll lill-kappillani fil-parroċċi biex jgħadduhom lil Caritas Malta. Jistgħu jiġu depożitati wkoll donazzjonijiet ta’ flus f’dawn il-kontijiet bankarji:
HSBC MT22MMEB44897000000089021513051
BOV MT78VALL22013000000040023270071
APS MT31APSB77046000489010489011015
Għall-iktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 22199000