Affettwati l-pjanijiet ta’ Caritas Malta għal din is-sena

IL-‘MARATONA TA’ MĦABBA’ MINN CARITAS MALTA

Affettwati l-pjanijiet ta’ Caritas Malta għal din is-sena

Caritas Malta qed tappella għad-donazzjonijiet tal-pubbliku wara li sar magħruf mill-kumpanija GO li s-somma miġbura fil-‘Maratona ta’ Mħabba’ li xxandret fuq l-istazzjonijiet televiżivi lokali fl-14 ta’ Novembru li għadda, kienet fil-fatt ta’ €424,170 u mhux ta’ €668,280. Dan wara li Caritas Malta ġiet infurmata li minħabba żball tekniku min-naħa ta’ GO, it-total ta’ donazzjonijiet kien ta’ €244,000 inqas minn dak li fil-fatt kien tħabbar dakinhar stess.

Caritas Malta, filwaqt li tesprimi d-diżappunt tagħha għal dak li ġara, b’mod speċjali peress li diġà kienu saru diversi pjanijiet bis-somma miġbura, tieħu din l-okkażjoni biex tirringrazzja lil dawk kollha li dakinhar urew il-ġenerożità tagħhom. Għalhekk qed tappella għall-għajnuna lil dawk li jixtiequ jkomplu jappoġġjaw il-missjoni tagħha biex is-servizzi professjonali tagħha jibqgħu jitwasslu mingħajr ħlas lill-persuni vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.

Min jixtieq jagħti donazzjoni lil Caritas Malta jista’ jżur is-sit caritasmalta.org.

 

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.