550 PERSUNA SE JATTENDU GĦALL-IKLA TAL-MILIED MINN CARITAS MALTA

  L-IKLA TAL-MILIED LURA FIL-KURJA TAL-ARĊISQOF   Fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana bħalissa għaddejjin l-aħħar preparamenti għall-ikla annwali tal-Milied sabiex f’nhar il-Milied tilqa’ madwar 550 persuna li għaddejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli jew kienu se jqattgħu l-Milied weħidhom. Din hi l-ewwel darba, wara waqfien ta’ sentejn minħabba l-pandemija, li Caritas Malta qed terġa’ torganizza l-Ikla tal-Milied. Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Vigarju Episkopali …

Il-President ta’ Malta jżur iċ-Ċentru Terapewtiku Tal-Ibwar immexxi minn Caritas Malta

  STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President ta’ Malta jżur iċ-Ċentru Terapewtiku Tal-Ibwar immexxi minn Caritas Malta   Il-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura Miriam Vella żaru ċ-Ċentru Terapewtiku Tal-Ibwar għall-adolexxenti li għandhom problema ta’ sustanzi (droga jew alkoħol). Bħalissa 26 żagħżugħ u żagħżugħa qed jibbenefikaw mis-servizzi offruti f’dan iċ-ċentru mmexxi minn Caritas Malta. Fi tmiem laqgħa privata mal-ħames żagħżugħ u …

L-ARĊISQOF JILTAQA’ MA’ PERSUNI LI JATTENDU GRUPPI TA’ SAPPORT GĦAS-SEPARATI

  L-Arċisqof Charles Jude Scicluna ltaqa’ ma’ persuni li għaddejjin minn separazzjoni fiż-żwieġ u li bħalissa qed jattendu gruppi ta’ sapport immexxija minn Caritas Malta, kif ukoll fil-parroċċi tal-Mosta u Ħal Tarxien. Waqt il-laqgħa, l-Arċisqof sema’ d-diversi esperjenzi ta’ dawk li għaddew jew għaddejjin mis-separazzjoni u l-isfidi li jiltaqgħu magħhom f’dan il-mument ta’ ħajjithom. Huma wrew apprezzament lejn il-Knisja li …

Ilqa’ u ħaddan

Sit  Ilqa’ u ħaddan   Fil-ħajja mgħaġġla li qed ngħixu, ħafna drabi qed nintilfu f’ħafna sigħat twal ta’ xogħol li mhux qed iħalli spazji biex inqattgħu ħin ta’ kwalità mal-familja u l-ħbieb. Iktar u iktar dan huwa fattur li mhux qed iħalli ħin għall-persuna biex tidħol ftit fiha nnifisha u ssib dak is-skiet li tant huwa importanti biex jagħti s-saħħa …

Caritas Malta bi proġett tal-VOPS – Voluntary Organisations Project Scheme

Cleaner shores, clearer futures: A socio-educational initiative involving outdoor learning and social engagement within Caritas Malta’s residential services (VOPS 6/2021). Matul din l-aħħar sena, Caritas Malta, grazzi għall-Voluntary Organisations Project Scheme (VOPS), daħlet fi proġett imsejjaħ “Cleaner shores, clearer futures: A socio-educational initiative involving outdoor learning and social engagement within Caritas Malta’s residential services” (VOPS 6/2021). Permezz ta’ fondi mogħtija …