New Hope – Rehabilitation from Drugs Abuse

NEW HOPE is the Caritas Malta Foundation for Rehabilitation of Persons with Drug Abuse Problems.  Indeed, the Foundation offers new hope to persons with such problems though professional and competent rehabilitation, tailored on long-term experience in the drug rehabilitation, prevention and education fields. The services

  • •Focus on present needs to prepare for the future.
  • •Address different human dimensions including the physical, spiritual, socio-legal, psychological and mental aspects.
  • •Seek the true and primary needs of persons suffering from serious drug-related problems through active inter-dependent communication with clients.
  • •Reach out to their client population through proactive and assertive outreach that includes street and home visits.
  • •Offer intensive residential services to drug abusers coming off methadone.
  • •Has a complement of staff and volunteers who are professional, experienced, trained, supported, and supervised.
  • •Hold that through rehabilitation – which is transitory – drug abusers can benefit from another opportunity to think, reflect and learn for themselves.
  • •Provide different residential Centres, in relaxing settings, which offer a secure environment.

 


OUTREACH – 82 Triq il-Kapuccini, Floriana (Tel. 2123 7935)

Newcomers

At Outreach, our  team welcomes persons with serious drug-related issues (drug users, family members and significant others) and orientates users towards further holistic and integrated rehabilitation.

Family
The Family Service offers support to families of drug users to encourage their involvement in the rehabilitation process in order to promote favourable outcomes for all.

 


SAN BLAS THERAPEUTIC COMMUNITUY – Limits of Zebbug, Malta.
Rehabilitation – Male clients follow a full rehabilitation programme including residential and non residential phases at our facility limits of Zebbug, Malta.

At our San Blas facility, male clients follow a full rehabilitation programme in the following phases:

Residential
This is a fully residential phase which offers clients a safe and secure environment 24 hours a day.

Re-Entry
When clients return to life in society, our Re-Entry programme provides clients with a continual and realistic opportunity for further self-development.
Aftercare is a programme that offers persons who have successfully completed different rehabilitation programmes a support network to help them maintain drug abstinence and achieve fulfilment in life.


HARM REDUCTION SHELTER

Also at San Blas, limits of Zebbug, Malta, our  Harm Reduction Shelter assists clients in their detoxification process and prepares them for  rehabilitation. The Shelter also offers help to homeless people with a drug use issue. In it, clients find a homely, and caring environment, which gives them the stability and support which may be missing from their lives. The Shelter is intended to look and feel like a normal home, with the setup and décor being deliberately as non-clinical as possible.
The Harm Reduction Shelter, the only one of its kind in Malta, also acts as a concrete means of containing criminal activity associated with rampant drug use and homelessness. The ripple effect, however, is much wider. It releases some pressure on the Court system, national medical services, and the unemployment benefits system. The Shelter, directly or indirectly, benefits the whole of Maltese society.

 


DAR IL-VITTORJA – Birkirkara 
Rehabilitation for female drug users – At our home in Birkirkara, female clients follow a full rehabilitation programme including residential and non residential phases in the style offered at San Blas.


EVENING PROGRAMME

Persons who are recovering from addiction and who are not suited to a residential programme are given individual and group therapy in our evening sessions.  This helps them re-learn how to connect with people and enjoy a clean life.

 


PRISON INMATES PROGRAMME(PIP) – Bahar ic-Caghaq

PIP specifically caters for persons who are serving a prison sentence and have a drug abuse problem. Prisoners are granted leave to follow New Hope’s approved rehabilitation programme out of prison.

Clients at PIP follow the programme in homely surroundings at the Caritas Malta facility in Bahar ic-Caghaq.

JUM IL-GRADWAZZJONI – DISKORS MID-DIRETTUR

Diskors ta’ Merħba           

mis-Sur Leonid McKay Direttur

23 ta’ Ġunju 2017

Nagħtikom merħba fi ħdan il-familja Caritas ġewwa l-Komunita’ ta’ San Blas.

Eċċellenza Sinjura President, Onorevoli Mnistru Falzon għan nom tal Prim Ministru ta Malta, Eċċellenza Monsinjur Arċisqof, Eċċellenza Arċisqof Emeritus, Eċċellenza President Emeritus, Ministri, Dr Simon Busuttil u persuni Distinti, għażiż Monsinjur Charles Cordina, kollegi u ħbieb, f’isem ir-residenti, l-istaff u l-Bord tad-Diretturi, nilqagħkom għal din iċ-ċerimonja ta’ Gradwazzjoni. Ir-riflessjonijiet tiegħi se naqsamhom fi tliet partijiet: fl-ewwel parti se nuri l-ħsieb wara t-tema li għażilna llejla; fit-tieni parti se nagħti rendikont tal-aġġornamenti riċenti li saru fis-servizzi tagħna; u se nagħlaq billi naqsam magħkom il-pożizzjoni tal-Caritas dwar il-proposta għall-użu rekreazzjonali tal-Cannabis.

Din il-lejla nkunu ilna nippreparaw għaliha xhur sħaħ. U jekk hemm xi ħaġa li ndumu niddiskutu hija proprju t-tema. Hija t-tema li magħha ndawwru l-programm. Hija t-tema li ddawwal iċ-ċerimonja tagħna. U għal din is-sena għażilna tema partikulari – Ġarrabt biex Irbaħt – ftit jirrealizzaw xi jsir hawn f’San Blas u fil-komunitajiet tal-Prison Inmates Programme f’Baħar iċ-Ċagħaq. Nixtiequ nenfasizzaw l-importanza li s-sors tas-suċċess huwa vjaġġ li jinkludi tbatija. Nieħu l-opportunità biex nifraħ minn issa lill-gradwati u l-familjari tagħhom – intom xhieda ta’ dan il-vjaġġ. Kif se naraw anke fil-bijografiji qosra aktar tard fil-programm s-sors tas-suċċess għalihom huwa li tgħaddi minn proċess ta’ tbatija. Il-feature li se nkunu qed insegwu llum, maqsum fuq tliet partijiet, se jurina dan kollu. Fit-triq, il-persuna tuża d-droga biex taħrab l-uġigħ, ir-rabja, il-frustrazzjoni, it-tbatija tas-sagrifiċċju, l-għajja, trawmiet tal-passat inklużi dawk ġejjin mit-tfulija, il-biżgħat, l-iskumdità, il-vojt, is-solitudni. Għal ħafna, f’dawn iċ-ċirkustanzi tant diffiċli, id-droga tidher bħala s-soluzzjoni u mhux il-problema. Biex tfieq, u tassew tirbaħ dawn it-tbatijiet kollha minghajr id-droga, teħtieġ komunità li tgħinek taffaċċja t-tbatija u mhux taħraba. Tgħinek iġġarrab biex tirbaħ. Nikkonkludi l-ewwel ħsieb tiegħi b’silta mil-filosofija tal-programm:

Hawn flimkien wieħed jista’ jagħraf lilu nnifsu, mhux iżjed bħala l-ġgant tal-ħolm tiegħu jew in-nanu tal-biżgħat tiegħu, imma bħala bniedem, parti minn ħaġa sħiħa, bis-sehem fil-għan tagħha[1].

Nikkommettu li filwaqt li nħaddnu l-identità tagħna naġġornaw u nirrispondu għall-bżonnijiet tal-lum.

Caritas hija kommessa li s-servizzi kollha li toffri jkunu jirrispondu għall-bżonnijiet tas-socjetà tal-lum. Dan fih innifsu jitlob tiġdid b’mod kontinwu. Wara li fis-sena 2015 iffukajna fuq li nsaħħu l-programm ta’ riabilitazzjoni tan-nisa, liema proċess diġà qed iħalli ħafna frott, bdejna proċess biex inġeddu l-programm ta’ riabilitazzjoni ta’ San Blas għall-irġiel. Niżbaljaw bil-kbir jekk ninsew l-għeruq tagħna. Niżbaljaw jekk nitbiegħdu mill-identità Caritas li hi ispirata mit-“Tagħlim Soċjali tal-Knisja”. Biss, il-proċess ta’ tiġdid huwa dejjem essenzjali. U rridu ninbidlu. F’dan l-eżercizzju ħarisna lejn it- tqassim tal-fażijiet, ħarisna mill-qrib lejn il-qabża (ix-xokk ngħidlu jien) li persuna tagħmel meta tiġi biex toħroġ lura fis-socjetà – fejn qabel kellna programm ta’ 9 xhur, issa se jkun qed jigi fuq bażi ta 6 xhur residenzjali u 3 xhur semiresidenzjali b’ħafna aktar sapport fil-fażi ta’ meta persuna tibda tħares ’il barra. Se nsaħħu l-gruppi terapewtiċi u t-terapija individwali li tant huma bżonnjużi biex jiġu ndirizzati ħafna weġgħat li jkunu ankraw il-persuna matul is-snin. Se naġġornaw l-istruttura tal-programm. Huwa fatt li kull sena aktar u aktar persuni b’dipendenza fuq il-kokaina qed iħabbtu l-bibien tagħna – irridu nifhmu li l-bżonnijiet ta’ persuna dipendenti fuq il-kokaina huma differenti minn dawk dipendenti fuq l-eroina.

Punt ieħor importanti hu l-fatt provat li dawk il-persuni li jibqgħu jieħdu sapport u terapija, partikolarment wara l-ewwel sentejn mit-trattament, huma inqas propensi li jesperjenzaw “lapse” jew “relapse”. Għalhekk nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lill-Gvern li għall- ewwel darba se jkollna fondi speċifikament immirati għall-qasam tal-Aftercare biex nagħtu aktar attenzjoni lil dawk li temmew programm ta’ riabilitazzjoni u reġgħu lura fis-soċjetà. Nemmen bis-sħiħ li r-recovery huwa proċess li ma jispiċċa qatt. Permezz ta’ dawn il fondi se nkunu nistgħu nkunu preżenti matul il-ġimgħa kollha inkluż weekends, f’mumenti delikati tar-recovery.

Qed naħdmu wkoll biex is-servizzi li noffru fil-komunità jkunu integrati f’ċentru wieħed f’ambjent adekwat u f’post ċentrali. Preżentament qed noffru s-servizzi fil-komunità minn żewġ postijiet differenti, inkluż dawk mit-tieni sular tal-Kurja tal-Arċisqof. Grazzi personalment lil Arċisqof innifsu li attivament qed jgħinna biex din il-ħolma ssir realtà. Nirringrazzja wkoll entità privata li qed tikkometti ruħha biex tgħin finanzjarjament biex dan il-proġettisir.

Dan mingħajr ma ninsew li sal-lum għadha teżisti lakuna fis-servizzi residenzjali ffukati speċifikament għall-minuri diġà bil-problema tad-droga. Tibqa sfida għall-Caritas li tirrispondi għal din il-ħtieġa u bi pjaċir ngħid li id f’id mal-Ministeru tal-Familja, Drittijiet tat-Tfal u s-Soliderjetà Soċjali qed naħdmu biex dan il-proġett jiġi fis-seħħ kemm jista’ jkun malajr.

Aktar Ħsara milli Ġid

Dehrli li llejla hi l-aħjar opportunità li nkun ċar dwar il-pożizzjoni tal-Caritas dwar il-proposta li tinfetaħ id-diskussjoni dwar l-użu rekreazzjonali tal-Cannabis u għalhekk se niddedika din l-aħħar parti tad-diskors għal dan is-suġġett. Caritas pijuniera f’dan il-qasam u bħala vuċi fi ħdan il-Knisja f’Malta għanda dmir u ngħid l-obbligu li titkellem fuq dan is-suġġett. Caritas m’għanda ebda oġġezzjoni li ssir riċerka u/jew użu ta’ estratti tal-Cannabis għal fini mediċinali. (u dment li m’hemmx alternattivi vijabbli għal dawn il-prescriptions). Ha nagħmel distinzjoni ċara bejn dak li hu mediċinali u dak rekreattiv.

Mhux l-stess jista’ jingħad għal dak li qed jissejjaħ l-użu rekreazzjonali tal-cannabis (dejjem jekk verament tista ssejjaħlu recreational). Fil-fehma tagħna leġizlazzjoni favur l-użu rekreazzjonali tal-cannabis se tagħmel ħafna aktar ħsara milli ġid.

Jien nifhem li hemm ukoll argumenti favur. Nifhem l-argumenti favur l-legalizzazzjoni biex l-attività kriminali tat-traffikar tiġi imminata. Nifhem l-argumenti favur suq aktar kontrollat. Biss wieħed irid jara dawn l-argumenti f’kuntest aktar wiesgħa.

Aħna ħadna l-opportunità li matul l-aħħar ġimgħat nisimgħu x’għandhom xi jgħidu l-ewwel u qabel kollox il-persuni li ġġarrbu. Kienet ċara ħafna l-pożizzjoni bla ħafna tidwir mal-lewża ta’ dawk kollha li qed isegwu programm ta’ riabilitazzjoni bħalissa hawn magħna. U jekk ikolli niġbor ir-reazzjoni tagħhom (u nistqarr kultant imqanqla) fi ftit kliem ngħid kif fissruha huma li “l-ismoke (qed nirreferi għall-cannabis) hija l-bidu tat-triq” u meta ngħid ‘triq’ naħseb tafu x’qed infisser. Huwa veru, kif ammettew ir-residenti, li mhux kull min ipejjep joint se jispiċċa addict, iżda daqstant veru wkoll li kull addict beda b’joint. Ma ħallew ebda dubbju li flimkien mal-alkoħol il-cannabis hija gateway drug . Fi kliem aktar sempliċi hekk kif esprima resident partikulari “dan huwa l-ewwel pass għall-imbarazz” u se “inkunu qed nagħtu l-kunsens għal aktar użu u aktar problemi fuq livelli differenti”.

Tnejn mill-istess gradwati tal-lejla jistqarru b’mod qawwi li l-aħjar ħaġa li ġratilhom matul dawn l-aħħar snin kienet li nqabdu mill-forzi tal-ġustizzja. Jgħidu li hemm bdiet ir-recovery. Jgħidu li jpejpu l-ismoke b’mod regolari kienet ħajjithom; u dak li mingħalihom kien biss rikreazzjonali spiċċa biex saret dipendenza. Wieħed minnhom qalli “kieku staqsejtni din l-stess mistoqsija sentejn ilu żgur li kont inwieġbek differenti”. “Illum naf id-differenza – meta tkun clean minnha – relazzjoni personali stabbli, ambizzjoni u motivazzjoni fuq ix-xogħol, għatx għall-hobbies u ħajja libera.

Ha nkun kategoriku. Caritas tibqa’ żżomm il-pożizzjoni tagħha li persuni b’dipendenzi m’għandhomx jitqiesu bħala kriminali u għalhekk posthom huwa f’ambjent ta’ rehab, mhux inkarċerati. Ninnotaw b’sodisfazzjoni li sar titjib minn meta daħlet fis-seħħ il-Liġi Drug Dependance Act ta’ sentejn ilu u l-mod kif bdew jigu ttrattati b’mod aktar uman u bilanċjat dawn il-persuni. Wieħed għandu jikkonsidra li wara li nevalwaw din il-liġi u ntejbuha, nikkunsidraw li nagħtu diskrezzjoni aktar wiesgħa lil min qiegħed jiġġudika dawn il-każijiet delikati.

B’ħafna responsabbiltà nixtieq nagħmel appell f’isem kull min se jiggradwa llejla, f’isem dawk li ggradwaw matul is-snin, f’isem dawk li qegħdin fir-rehab u wkoll f’isem ġenituri ta’ żgħażagħ. Qegħdin jumejn biss ’il bogħod mill-Jum Internazzjonali kontra d-Droga. Ejja ngħinu lil dawn il-persuni jiltaqgħu u jaffaċċjaw l-emozzjonijiet tagħhom, mhux jaħarbuhom. Ejja ngħinuhom, ejja ma nfixkluhomx biex meta joħorgu hemm barra ma jsibux ostaklu ieħor ma xiex jitqabdu.

Irrid nagħmilha ċara li Caritas se tipparteċipa attivament fid-diskussjoni li għad trid ssir u fi żmien opportun tippubblika wkoll il-position paper studjata bil-kontribuzzjoni ta’ professjonisti minn kampi differenti ħalli tikkontribwixxi biex tittieħed deċiżjoni infurmata.

 

Ippermettuli ngħid li dawn ir-riflessjonijiet m’għamilthomx biss bħala Direttur biss iżda wkoll bħala missier ta’ żewġt itfal żgħar.

 

 

Biex verament nagħlaq, f’isem il-Bord tad-Diretturi:

  1. Ngħid grazzi lill-Gvern li mhux biss jagħti sapport finanzjarju iżda minn dejjem wera fiduċja fil-ħidmiet tagħna;
  2. M’għandix kliem biex b’mod personali nirringrazzja lill-istaff u l-voluntiera tal-Caritas. Grazzi lill-koordinatur tal-programmi Anthony Gatt li b’hafna mħabba u kultant jgħaġġibni b’kemm kalma jagħti direzzjoni. Grazzi talli ta’ kuljum turu li Caritas tfisser imħabba;
  3. Nirringrazzja minn qalbi lill-fundatur tagħna Monsinjur Victor Grech tal-imħabba bla ebda kundizzjoni li offra lil tant eluf ta’ persuni matul is-snin. Inwiegħdu li b’ħafna umiltà nkompli nuri li Caritas ma hi xejn ħlief għażla preferenzjali għal min hu ħafna drabi skartat u bla vuċi;
  4. Grazzi lil Dr Simon Busuttil li minbarra l-imħabba ġenwina lejn Caritas, ikun magħna regolarment f’ħidmiet konkreti. Grazzi u narawk ma ndumux
  5. Nirringrazzja wkoll lil Monsinjur Charles Cordina, persuna li jkun preżenti kemm mar-residenti u mal-familji u staff waqt it-tbatijiet. F’isem il-familji kollha nirringrazzjak. Il-ħidma tad-djakonija fil-Knisja f’Malta hija fortunata;
  6. Nirringrazzja b’mod speċjali wkoll lill-Monsinjur Arċisqof. Eċċellenza, għad għandi stampat f’moħħi l-lista, li ma tispiċċa qatt, ta’ mistoqsijiet li staqsejt lir-residenti meta ġejt u ltqajt magħhom. Grazzi li qed tkun tant ħafna qrib tagħna;
  7. Nirringrazzja lill-Eċċellenza Tagħha li llejla, fost ħafna impenji qed tonorana bil-preżenza tagħha u iktar tard tagħti ċ-ċertifikati lill-gradwati; int ukoll Eċċellenza, rajt mill-qrib il-ħidmiet tagħna.

 

Leonid McKay

23 ta’ Gunju 2017

[1] Parti mmarkata italics hija parti mill-filosofija tal-programm ta’ riabilitazzjoni.